Stqarrija tal-Kamra tal-Avukati – Attakk fuq l-AG

20.07.2023

 

Il-Kamra tal-Avukati tirreferi għal post fuq il-medja soċjali li kien iċċirkolat fl-aħħar jiem dwar l-aġir tal-Avukat Ġenerali fil-qadi ta’ dmirijietha fil-dwar l-Inkjesta Magisterjali li ghaddejja fuq il-kaz tal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

Il-Kamra tal-Avukati tapprezza u taqbel li l-Avukat Ġenerali mhiex lil-hinn mill-kritika u kullħadd liberu li jesprimi l-opinjoni tiegħu jew tagħha, ta’ nuqqas ta’ qbil mal-aġir tal-istess Uffiċċju però tappella għal maturità sħiħa bil-mod kif tiġi espressa l-kritika u ma tista taċċetta qatt li l-Avukat Ġenerali tiġi personalment attakkata u jew imzebilħa. Il-Kamra tesprimi s-solidarjeta tagħha lil-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg.

Dawn il-kummenti disrispettusi jnaqsu l-fiduċja li l-Poplu għandu jkollu fl-istituzzjoni.