Stqarrija tal-Kamra tal-Avukati 25.10.2023

MT

Il-Kamra tal-Avukati tagħmel referenza għas-sessjoni plenarja tal-Parlament miżmuma nhar it-23 ta’ Ottobru 2023, li fiha saret diskussjoni mingħajr vot rigward is-sentenza li ngħatat mill-Qorti ta’ l-Appell fl-ismijiet L-Onorevoli Kap tal-Opposizzjoni l-Av. Dr. Adrian Delia vs Il-Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat et.

Waqt din id-diskussjoni parlamentari ġie insinwat li jista jkun hemm xi forma ta’  parzjalita minn naħa tal-Qrati tal-Gustizzja favur forza politika fil-pajjiż. Il-Kamra ta’ l-Avukati tħoss li dawn il-kummenti, li saru fl-ambitu tal-privileġġ parlamentari, jimminaw il-funzjonijiet tal-Qrati, f’pajjiż li ghandu jkun mmexxi mis-Saltna tad-Dritt.

Il-Kamra tisħaq li s-separazzjoni tal-poteri huwa pedament ta’ soċjeta demokratika soda, biex b’hekk l-eżekuttiv, il-leġislattiv u l-ġudikatura jkunu jistgħu joperaw indipendentament minn xulxin. Kwalunkwe dikjarazzjoni li tista’ b’xi mod ifixkel din is-separazzjoni, huwa nkwetanti.

Il-Kamra ssostni li kull membru parlamentari ghandu jirrispetta l-indipendenza u l-integrita tal-ġudikatura tagħna. Dan huwa essenzjali u vitali f’soċjeta demokratika. L-indipendenza tal-ġudikatura u l-liberta li jiddeċiedu mingħajr preġudizzju jew influwenza huma ndispensabbli għal integrita tad-demokrazija tagħna.

Il-Kamra tal-Avukati temmen li l-Parlament għadu d-dmir li ma jxekkilx il-fidi f’dawk il-istituzzjonijiet li qegħdin hemm sabiex jipproteġu u jissalvagwardjaw is-saltna tad-dritt f’dan il-pajjiz.

 

Maħruġ illum 25 ta’ Ottubru 2023

 

 

EN

The Chamber of Advocates refers to the Plenary Session held on Monday 23rd of October 2023, in which a discussion without a vote took place regarding the judgment delivered by the Court of Appeal in the names of L-Onorevoli Kap tal-Opposizzjoni l-Av. Dr. Adrian Delia vs Il-Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat et.

During this parliamentary discussion, it was implied that there might be a form of partiality on the Court of Justice’s part in favour of a local political party. The Chamber of Advocates feels that these comments, which were made within the scope of parliamentary privilege, undermine the functions of the Court, in a country that should be led by the Rule of Law.

The Chamber emphasises that the separation of power is the foundation of a strong democratic society, so that the Executive, Legislative and Judiciary may operate independently from each other. Any type of declaration that can in any way distort this separation is concerning.

The Chamber holds that every Member of Parliament should respect the independence and integrity of our Judiciary. This is essential and vital in a democratic society. The independence of the Judiciary and their liberty to decide without prejudice or influence are indispensable to the integrity of our democracy.

The Chamber of Advocates believes that Parliament has a duty to not undermine the trust in the institutions which are there to protect and safeguard the Rule of Law in this country.

 

Issued today 25th of October 2023